Ir-ritratt li ta l-kuraġġ lill-Maltin fil-pandemija se jkun il-wiċċ il-ġdid fuq il-munita kommemorattiva tat-€2

Ir-ritratt taż-żewġ infermiera mgħottija f’ilbies protettiv għal kontra l-COVID-19 jagħtu kuraġġ lil xulxin se jkun il-wiċċ il-ġdid fuq il-munita kommemorattiva tat-€2. Dan kien żvelat mill-Bank Ċentrali ta’ Malta, fejn qal li se jsir bħala ringrazzjament lill-eroj li ssalvagwardjawna matul il-pandemija.

Ir-ritratt inxtered mad-dinja kollha, tant li numru ta’ midja internazzjonali użaw dan ir-ritratt biex jagħtu kuraġġ lin-nazzjon tagħhom, inkluż lill-poplu Malti li fl-aktar mumenti diffiċli li offriet il-pandemija bqajna nikkumbattu.

Share With: