Ir-raġel suspettat bil-qtil ta’ erba’ Musulmani fil-Kanada kien motivat minn mibegħda

Il-pulizija tal-Kanada qalet li r-raġel li qiegħed jiġi akkużat bil-qtil ta’ erba’ membri ta’ familja Kanadiża Musulmana jidher li kien motivat minn mibegħda. L-allegat aggressur, Nathaniel Veltman ta’ 20 sena, allegatament saq pickup truck fuq dawn il-persuni. L-attaħħ seħħ nhar il- Ħadd li għadda fejn b’kollox kien hemm ħames persuni affettati. L-etajiet tal-vittmi jvarjaw bejn disa’ u 74 sena. 

Veltman, li huwa residenti f’London, Ontario ġie arrestat immedjatament wara dan l-każ u qiegħed jiġi akkużat b’erba’ akkużi ta’ qtil u b’attentat ta’ qtil. Huwa se jkun qiegħed jidher quddiem il-qorti nhar il-Ħamis li ġej. Uffiċjali tal-pulizija qalu li mill-evidenza li huwa rnexxielhom jiġbru jidher li dan kien attakk ppjanat, premedidat u motivat minn mibegħda. Dawn żiedu jgħidu li jemmnu li l-vittmi spiċċaw 

fil-mira tal-attakk minħabba r-reliġjon li jħaddnu. 

Is-suspettat m’għandu l-ebda rekord kriminali u ma kienx magħruf mal-pulizija. Huwa ġie arrestat ftit tal-ħin wara f’kumpless tax-xiri u ma offra l-ebda reżistenza. S’issa jidher li dan aġixxa waħdu. 

Share With: