Ir-Rabtin jiċċelebraw il-festa ta’ Corpus

Ritratti: Above the Horizon

Hekk kif ninsabu ħerġin mill-pandemija, fir-Rabat ir-Rabtin iċċelebraw il-festa ta’ Corpus. Mhux biss saru l-funzjonjiet fil-knisja, imma anke ħarġet il-purċissjoni tant devota kemm il-Ħadd filgħodu u anke l-Ħadd filgħaxija.  

Fir-Rabat, Corpus hi festa prinċipali tal-parroċċa. L-armar fil-knisja, b’mod partikulari l-altar, hu frott il-ħidma ta’ nies tas-sengħa u artisti ta’ ħila li x-xogħlijiet tagħhom huma wirt apprezzat mill-ġenerazzjonijiet tal-lum, Maltin u barranin.

Il-Bażilika ta’ San Pawl fir-Rabat, hi magħrufa għall-altar uniku tagħha armat għal din il-festa. Dan hu meqjus bħala  patrimonju artistiku. Fil-parti ċentrali l-ġilandra tal-fidda, il-post li jilqa’ l-Ewkaristija. Din ilha tintrama mill-1889. 

Jispikkaw imbagħad ix-xemgħat fejn hemm  22 gandilabru bi tlett xemgħat kull wieħed. B’kollox dan l-artal għandu 66 xemgħa.

Share With: