Inter iwissu lil PSG li Achraf Hakimi jiswa €80 miljun

Inter reġgħu wissew lil Paris Saint-Germain li l-proposta ta’ €60m għal Achraf Hakmi mhix biżżejjed, minħabba li Achraf Hakimi mhux se jiċċaqlaq għal inqas minn €80m.

Huwa mifhum li n-Nerazzurri huma determinati li jżommu lill-internazzjonali Marokkin sakemm kważi ma jirdoppjawx il-flus minfuqa biex iffirmawh sena ilu.

Iż-żagħżugħ ta’ 22 sena sewa €45 miljun biex ingħaqad ma’ Inter mingħand Real Madrid f’Settembru 2020 u kien figura ewlenija fir-rebħ tal-Iscudetto, fejn skorja seba’ goals u pprovda 11-il assist f’45 logħba kompetittiva.

PSG għamlu offerta ta’ €60m, iżda Inter huma lesti li jitolbu s-somma ta’ €80m, li tista’ tinkludi bonuses relatati mal-prestazzjoni biex jitnaqqas id-distakk.

Share With: