Il-President ta’ MAPFRE jenfasizza l-opportunitajiet ippreżentati lill-industrija tal-assigurazzjoni…

… permezz ta’ bidliet li jirriżultaw mill-pandemija

  • Il-President ta’ MAPFRE jagħlaq is-27 edizzjoni tal-avveniment tas-Seminars Internazzjonali, li laqqa’ flimkien aktar minn 2,500 professjonist fil-ġestjoni tar-riskju minn aktar minn 25 pajjiż 

“Il-bidliet li ġabet magħha l-pandemija attwali joħolqu sfidi kbar għall-industrija tal-assigurazzjoni, iżda dawn jistgħu jsiru opportunitajiet, għall-klijenti kif ukoll għall-industrija nnifisha” – Kap Eżekuttiv ta’ MAPFRE, Antonio Huertas

Il-bidliet li ġabet magħha l-pandemija attwali joħolqu sfidi kbar għall-industrija tal-assigurazzjoni, iżda dawn jistgħu jsiru opportunitajiet, għall-klijenti kif ukoll għall-industrija nnifisha. Dawn huma l-ħsibijiet taċ-Chairman u l-Kap Eżekuttiv ta’ MAPFRE, Antonio Huertas, li jemmen li dawn il-bidliet qed jġegħlu lill-kumpaniji jaġġornaw l-proċeduri tagħhom biex jistabbilixxu protokolli u mekkaniżmi ta’ prevenzjoni li huma adattati għat-theddid attwali, u li dawn, bla dubju, huma kumplessi, iżda joħolqu ukoll opportunitajiet interessanti għall-industrija. “Hekk kif id-dinja tkompli tinbidel, l-assigurazzjoni dejjem se tipprovdi tweġibiet biex tipproteġi l-assi,” huwa iddikjara matul l-għeluq tal-avveniment tas-Seminars Internazzjonali tar-Riskji Globali ta’ MAPFRE, li issa jinsab fis-27 edizzjoni tiegħu. It-tema ta’ din is-sena hija: “Nindirizzaw riskji kbar f’ambjent ġdid”. 

Antonio Huertas fakkar li anke qabel il-COVID-19, diġà kien hemm riskji li kienu mistennija li jkollhom impatt enormi fuq is-settur, bħal diżastri naturali u avvenimenti relatati mat-tibdil fil-klima. F’dan ir-rigward, huwa innota li l-avvenimenti ambjentali fl-2020 kienu jirrappreżentaw $258 biljun, 26 fil-mija aktar mill-medja għal dan is-seklu s’issa.  

Huwa enfasizza wkoll riskju ieħor li żdied, dak ta’ cyberattacks. Dan ir-riskju żdied b’mod sinifikanti hekk kif l-użu ta’ mezzi diġitali żdied matul il-pandemija. L-avveniment kien opportunità biex tiġi diskussa l-esperjenza ta’ MAPFRE li sofriet cyberattack f’Awwissu 2020. Iċ-Chairman tal-Grupp irrikonoxxa li “s-saħħa tas-sistemi, il-kwalità u l-esperjenza tat-timijiet, il-kollaborazzjoni eċċellenti tal-imsieħba teknoloġiċi u l-pjan b’saħħtu ta’ kriżi u kontinwità tan-negozju fissru li l-attakk kien ikkontrollat b’mod tajjeb”.  F’dan ir-rigward, huwa enfasizza l-importanza li jsir investiment fil-protezzjoni, li jkun hemm protokolli stretti, u li titqajjem kuxjenza fost l-impjegati f’dan il-qasam.  

Huwa qal li l-assigurazzjoni għandha l-kapaċità li tipproteġi lis-soċjetà u tippreparaha għall-futur, u li f’din il-fażi ta’ wara l-pandemija, il-mudelli biex is- soċjetà tkun tista’ tirkupra għandna tkun ibbażata fuq sħubijiet pubbliċi-privati, li jaħdmu flimkien ma’ kumpaniji kemm kbar kif ukoll żgħar.  Żied jgħid li s-swieq tal-assigurazzjoni qed juru lilhom infushom bħala solventi u reżiljenti matul din il-kriżi, anke fi żmien meta l-kundizzjonijiet saru ħafna aktar iebsa minn qabel. 

Huwa enfasizza wkoll il-ħtieġa li t-tilqim kontra COVID-19 jkun estiż għal pajjiżi li m’għandhomx ir-riżorsi biex iwettquh bl-urġenza meħtieġa. “Huwa importanti li l-irkuprar mill-pandemija isir b’mod globali u kulħadd jitlaqqam. Huwa fakkar ukoll li l-Grupp MAPFRE għamel kontribut ta’ €200 miljun biex jiġġieled il-pandemija u jtaffi l-effetti ekonomiċi u soċjali serji li madwar id-dinja. 

Waqt dan l-avveniment saret ukoll il-preżentazzjoni tal-Premju Internazzjonali għall-Eċċellenza fil-Ġestjoni tar-Riskju, li din is-sena ngħatat lil Sigdo Koppers. Dan il-premju għandu l-għan li jirrikonoxxi u jagħti viżibbiltà lill-aħjar inizjattivi relatati mal-prevenzjoni u l-protezzjoni tar-riskju.  

L-avveniment laqqa’ flimkien aktar minn 2,500 professjonist fil-ġestjoni tar-riskju minn aktar minn 25 pajjiż, u kopra suġġetti bħall-impatt ta’ diżastri naturali fuq l-industrija, ir-riskji ewlenin li jiffaċċjaw swieq differenti, u r-rwol tas-sensara. F’dan l-avveniment ħa sehem ukoll professjonist li jirrappreżenta lil MAPFRE Malta fil-qasam tar-riskju. 

Matul il-ftuħ tal-avveniment, il-President ta’ MAPFRE Global Risks, Francisco Marco Orenes, analizza l-ħames elementi ewlenin li qed jiddefinixxu s-sitwazzjoni attwali. L-ewwel waħda minn dawn, naturalment, hija l-pandemija, li matulha ntwera, għal darb’oħra, li l-assigurazzjoni hija l-aktar attività soċjalment konxja għaliex hija kapaċi tadatta għaċ-ċirkostanzi l-ġodda.  Huwa enfasizza wkoll l-inċertezza dejjem tikber fis-swieq finanzjarji, li għandha effett qawwi fuq in-negozju tal-assigurazzjoni, u t-trasformazzjoni soċjali mmexxija minn bidliet teknoloġiċi, li fihom il-pandemija aġixxiet bħala katalist. Ir-raba’ fattur huwa kif il-mod kif naħdmu qed jinbidel, speċjalment f’termini ta’ xogħol virtwali, li għandu l-vantaġġi u r-riskji tiegħu, bħaż-żieda fir-risjku ta’ cyberattacks. 

Fl-aħħar nett, huwa semma l-ħtieġa għal intervent regolatorju biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet ta’ riskju. “Quddiem sitwazzjonijiet mhux mistennija u mhux previsti bħal dawk li qed nesperjenzaw bħalissa, jistgħu jiġu stabbiliti soluzzjonijiet effettivi għall-benefiċċju tas-soċjetà. Il-pandemija bħal dik li qed ngħixu fiha hija l-opportunità perfetta biex din it-tip ta’ kollaborazzjoni terġa’ tiġi riveduta,” qal Francisco Marco Orenes.   

Bosco Francoy, Kap Eżekuttiv ta’ MAPFRE Global Risks, ttratta l-kuntest soċjoekonomiku globali attwali u l-impatt tiegħu fuq is-suq tal-assigurazzjoni, kif ukoll il-proposta tal-valur tar-Riskji Globali ta’ MAPFRE fl-ambjent il-ġdid. Barra minn hekk, huwa ppreżenta l-inizjattiva strateġika l-ġdida li il-Grupp qed jaħdem fuqhom – il-Programmi globali tal-Benefiċċji tal-Impjegati —li se tkompli iżżid l-għarfien f’dan ir-rigward f’qasam internazzjonali. 

Premju Internazzjonali għall-Eċċellenza fil-qasam tar-riskju 

Il-Grupp Sigdo Koppers ingħata l-Premju Internazzjonali għall-Eċċellenza fil-Ġestjoni tar-Riskju għall-2019-2021 minn MAPFRE Global Risks, b’rikonoxximent tal-ġestjoni u l-kultura tal-prevenzjoni tar-riskju. Dan il-Premju għandu l-għan li jkun punt ta’ riferiment fl-industrija tal-assigurazzjoni tar-riskju. Il-premju jirrikonoxxi x-xogħol u l-kultura ta’ Sigdo Koppers, grupp ta Negozju fiċ-Ċilì, li kien mwaqqaf fl-1960 u jopera madwar d-dinja fil-qasam tal-prevenzjoni u l-protezzjoni tar-riskju. 

Is-suġġetti ewlenin tad-diskussjoni fis-27 edizzjoni tal-avveniment tas-Seminars Internazzjonali dwar ir-Riskji Globali ta’ MAPFRE, li sar fid-9 u l-10 ta’ Ġunju, kienu il-miżuri ta’ prevenzjoni ta’ cyberattacks,  l-isfidi li jħabbtu wiċċhom magħhom korporazzjonijiet kbar tal-Amerika Latina fl-ambjent attwali, tendenzi kbar ta’ riskju fis-suq Spanjol, iż-żieda fid-diffikultajiet fis-suq tal-assigurazzjoni u l-impatt ta’ diżastri naturali fuq l-industrija. 

MAPFRE Middlesea p.l.c (C-5553) u MAPFRE MSV Life p.l.c. (C-15722) huma awtorizzati taħt l-Att dwar il-Kummerċ tal-Assigurazzjoni, Kap 403 tal- Liġijiet ta’ Malta. L-entitajiet kollha huma regolati mill-MFSA.

Share With: