Il-PM Abela jiltaqa’ mal-President tal-FIFA Gianni Infantino

Il-Prim Ministru Robert Abela ltaqa’ mal-President tal-FIFA Gianni Infantino ġewwa Kastilja.

Abela qal li ma setax jonqos li mal-President tal-assoċjazzjoni li tmexxi l-football dinji, jitkellmu dwar il-futur ta’ dan l-isport wara l-isfidi serji li ġabet magħha l-pandemija.

Huma tkellmu ukoll dwar l-iżvilupp tal-football Malti b’aktar investiment fil-faċilitajiet u fit-taħriġ tat-tfal.

Abela temm jgħid li huma laqgħat bħal dawn li jwittu t-triq biex pajjiżna jkompli miexi ‘l quddiem u joħroġ bl-unuri billi juru l-kapaċitajiet tiegħu.

Share With: