Il-Papa mistenni jżur pajjiżna lejn l-aħħar tas-sena

Wara li fl-aħħar sigħat il-Papa Franġisku kkonferma li ż-żjara tiegħu f’pajjiżna “tinsab fuq l-aġenda”. Iż-żjara tiegħu f’Malta kellha ssir f’Mejju tas-sena l-oħra, iżda ġiet posposta minħabba l-pandemija tal-Covid-19.

Aktar kmieni dalgħodu l-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo ħabbar li l-Papa Franġisku mistenni jagħmel iż-żjara tiegħu f’Malta lejn l-aħħar ta’ din is-sena.

Bartolo temm jgħid li “Ċertament, il-wasla tiegħu ser tkun waħda ta’ sodisfazzjon kbir għall-poplu Malti u Għawdxi!”

Share With: