Il-lotterija annwali ta’ Hospice Malta Annual reġgħet magħna b’aktar premjijiet inkredibbli

Il-lotterija annwali ta’ Hospice Malta reġgħet magħna, u għal din is-sena tista’ tidħol fiċ-ċans li tirbaħ karozza tat-tip Peugeot 108, kif ukoll xi premjijiet oħrajn.

Bil-parteċipazzjoni tiegħek se tkun qed tissapportja lil Hospice Malta fil-ġbir ta’ fondi b’risq St Michael Hospice, faċilità state-of-the-art li qed tinbena bħalissa, biex tkompli tagħti s-servizzi ta’ kura paljattiva komprensivi u b’xejn lill-komunità Maltija. 

Minbarra l-premju prinċipali, dawk li jipparteċipaw f’din il-lotterija jistgħu jirbħu wkoll wieħed minn dawn il-premjijiet: Daikin 12,000 BTU Air Conditioner mingħand MA&A, Xiaomi 43” Smart TV mingħand A to Z Electronics, Weekend Break fil-lukanda Radisson Blue Golden Sands, u sett tal-antipasto mingħand Mediterranean Ceramics.

Il-biljetti tal-lotterija jistgħu jinxtraw b’donazzjoni ta’ €1 għal kull biljett. Dawn bħalissa qed jitqassmu fid-djar madwar Malta u Għawdex. Il-pubbliku qed ikun inkoraġġut jissottometti l-biljetti tiegħu, flimkien mad-donazzjoni tiegħu lejn Hospice Malta qabel it-12 ta’ Awwissu, meta tkun se tittella’ l-lotterija.

Jekk ma rċevejtx il-biljetti bil-posta u tixtieq tipparteċipa f’din il-lotterija, ikkuntattja lil Hospice Malta fuq +356 21440085 jew inkella info@hospicemalta.org.

It-tim varjat ta’ Hospice Malta joffri servizzi ta’ kura paljattiva lil pazjenti li qed isofru minn kanċer, motor-neuron disease u mard serju ieħor. Il-kura li jagħti dan it-tim hija ffukata kompletament fuq il-pazjenti u tara li tgħinhom itaffu l-uġigħ u sintomi fiżiċi oħrajn, kif ukoll jagħti sapport emozzjonali, psiko-soċjali u spiritwali.

Għal aktar informazzjoni, żur https://hospicemalta.org 

Licensed by the MGA /NPG/09/2021.

Il-parteċipanti għandhom ikollhom minn 18-il sena ‘l fuq. Jekk jogħġobkom ilagħbu b’mod responsabbli. www.rgf.org.mt

Share With: