“Il-lista tar-ristoranti li se jagħtu l-vawċers qed tiġi finalizzata… għalissa għandek tistaqsi qabel tibbukja” – L-ACE

L-Assoċjazzjoni tal-Istabbilimenti tal-Catering (ACE) fi stqarrija maħruġa qalet li kellha reazzjoni pożittiva għall-iskema tal-vawċers mħabbra aktar kmieni minnha b’kollaborazzjoni mal-Ministru għat-Turiżmu u l-Ministru għall-Ekonomija

F’kuntatt minn dan is-sit kelliem għall-Assoċjazzjoni kkonferma magħna li l-lista ta’ dawn ir-ristoranti għadha qiegħda tiġi ffinalizzata minħabba numru ta’ raġunijiet. Fost dawn ir-raġunijiet hemm il-fatt li għad hemm stabbilimenti li għadhom ma kkonfermawx mal-assoċjazzjoni li huma jixtiequ jkunu parti mill-iskema. Intant fuq nota pożittiva, numru ta’ stabbilimenti qegħdin jikkuntattjaw lill-istess assoċjazzjoni sabiex jiffurmaw parti mil-lista ta’ stabbilimenti li se jkunu qegħdin jagħtu dawn il-vawċers bil-għan li jimbuttaw it-turiżmu domestiku.

Intant il-pubbliku inġenerali għalissa huwa mħeġġeġ jikkonferma jekk stabbiliment jagħmilx parti mill-iskema mħabbra jew le qabel ir-riżervazzjoni tal-mejda jew saħansitra qabel ipoġġi biex jinqeda.  

AQRA WKOLL:

Ristoranti se jagħtu lura vouchers lill-klijenti tagħhom… meta dawn iħallsu bil-vouchers tal-Gvern
Share With: