Ħames każi ġodda minn fost aktar minn 3,000 ttestjati

Fl-aġġornament ta’ kuljum maħruġ mill-Awtorità tas-Saħħa, fl-aħħar 24 siegħa nstabu ħames każi ġodda ta’ COVID-19 wara li saru 3,127 swab tests. Fl-istess waqt fiqu tliet persuni oħra biex issa l-każi attivi huma 29 każ.

Dan ifisser li t-total tal-każijiet mill-bidu tal-pandemija issa huma 30,603 fejn minnhom fiequ 30,154 persuni.

Fl-aħħar 24 siegħa ma kienet iddikjarat l-ebda mewta biex b’hekk it-total ta’ dawk li mietu s’issa baqa’ ta’ 420.

Dwar l-għoti tat-tilqim kontra l-Covid-19, l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li sal-bieraħ ingħataw total ta’ 646,651 doża. Minn dawn 353,895 ħadu l-ewwel doża filwaqt li 303,939 persuna huma mlaqqma bit-tieni doża.

Share With: