Ħaddiem iweġġa’ gravi wara li saqajh inqabdu taħt lift

Indjan ta’ 38 sena, residenti Ħal Qormi, weġġa’ f’inċident li seħħ għal xi d-9:30 a.m., fi Vjal ir-Riħan, San Ġwann. 

Minn stħarriġ preliminari rriżulta li waqt li r-raġel kien qiegħed jagħmel manutenzjoni f’lift,  għal xi raġuni l-lift niżel, bil-konsegwenza li saqajh inqabdet taħtu.  

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku taw l-ewwel għajnuna fuq il-post.  Ambulanza ħadet lir-raġel l-isptar u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi. L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.

Share With: