Ħabs wara li ħebb għal raġel b’sikkina

Kingsley Oakihena kien ikkundannat tliet snin ħabs wara li ammetta li ħebb għal raġel ieħor b’sikkina u darbu ħafif.

Il-każ seħħ nhar is-7 ta’ Lulju 2019 għall-ħabta tal-4.00 p.m. fi Triq l-Ispirtu s-Santu, iż-Żejtun.

Oakihena kien mixli wkoll li pprova jweġġa’ mod gravi lil Cletus Igiote u li kellu fil-pussess tiegħu arma li taqta’ u bil-ponta mingħajr il-permess tal-Kummissarju tal-Pulizija. 

Il-Qorti, preseduta mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech, rat li kien hemm qbil milħuq bejn l-Avukat Ġenerali u l-imputat dwar il-piena li kellha tiġi imposta f’dan il-każ.

Qabel ġiet biex tagħti s-sentenza, il-Maġistrat Frendo Dimech ikkunsidrat in-natura serja tal-akkużi u ċ-ċirkostanzi tal-każ kif ukoll il-fedina penali netta tal-imputat. 

Kien għalhekk li filwaqt li sabitu ħati, ikkundanatu tliet snin priġunierija u multa ta’ €116.47ċ.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Roderick Attard.

Share With: