Granit Xhaka viċin li jingħaqad ma’ Roma

Il-midfielder ta’ Arsenal, Granit Xhaka, qiegħed jersaq eqreb lejn pass lejn Roma.

L-ex player ta’ Borussia Monchengladbach kiseb il-fiduċja ta’ Mikel Arteta u matul l-istaġun li għadda għamel 31 dehra fil-Premier League – 29 minnhom mill-bidu – iżda skorja biss goal wieħed u pprovda żewġ assists hekk kif Arsenal naqsu milli jikkwalifikaw għall-Ewropa.

Minn dakinhar l-internazzjonali Żvizzeru kien marbut sew ma’ trasferiment ma’ Roma, u issa jisdher jinsab ferm viċin li jingħaqad magħhom.

Huwa mifhum li Xhaka diġà rrifjuta l-avvanzi ta’ club ieħor tas-Serie A sabiex jingħaqad ma’ Roma, u huwa diġá ta l-kelma tiegħu lil Jose Mourinho qabel it-trasferiment imminenti.

Xhaka mistenni jitlaq lil Arsenal wara li għamel 220 dehra mal-Gunners u rebaħ żewġ FA Cups mill-2016, u hu se jieħu togħma tal-belt il-ġdida tiegħu, Ruma, meta l-Isvizzera tivvjaġġa lejn l-Istadio Olimpico biex tiffaċċja l-Italja fl-Euro 2020 aktar tard dan ix-xahar.

Share With: