F’sena rreġistraw 1,639 persuna minn Għawdex biex jagħtu d-demm

Bejn il-15 ta’ Ġunju 2020 u l-14 ta’ Ġunju 2021, li huwa l-Jum Dinji tad-Donaturi tad-Demm, irreġistraw 1,639 persuna miinn Għawdex biex jagħtu d-demm, 85 minnhom donaturi ġodda.

Fuq il-paġna tad-Djoċesi ta’ Għawdex intqal kif is-sena l-ġdida 2021-2022 bdiet b’rankatuar tajba, hekk kif l-ewwel żewġ okkażjonijiet li fihom fetħet il-Berġa għall-għoti tad-demm f’Għawdex ħarġu jagħtu d-demm 37 u 47 persuna rispettivament. It-Tlieta 16 ta’ Ġunju ntlaħaq rekord ta’ persuni li taw id-demm f’Għawdex f’ġurnata fost il-ġimgħa.

Intant, aktar kmieni dalgħodu l-Isqof ta’ Għawdex Anton Teuma żar il-Berġa tax-Xewkija u bħal ħafna Għawdxin oħra għamel id-donazzjoni tiegħu tad-demm.

Share With: