Franċiża tindarab gravi f’inċident tat-traffiku

Franċiża sofriet ġrieħi gravi wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku. Dan seħħ għall-ħabta tat-3.00a.m. fi Triq tal-Qroqq, l-Imsida.

Mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li seħħet ħabta bejn Citroen C1, misjuqa minn raġeel mill-Venezuela ta’ 32 sena residenti l-Imsida, u mutur Peugeot Kisbee, misjuq mill-mara.

Hija ttieħdet l-Isptar Mater Dei fejn ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Share With: