Diversi bnadar tal-pajjiżi fil-gallariji f’xahar mimli eċitament sportiv

Ritratti: Roger Azzopardi

Għall-akkaniti tal-futbol dan ix-xahar kien tant mistenni u mimli eċitament sportiv hekk kif qed tiżvolġi l-Euro 2020. 

It-turnament, li qed isir fi 11-il belt fi 11-il pajjiż tal-UEFA, kien oriġinarjament skedat biex isir mit-12 ta’ Ġunju sat-12 ta’ Lulju 2020, iżda ġie pospost minħabba l-pandemija tal-COVID-19 u għalhekk ġie skedat mill-ġdid għall-11 ta’ Ġunju sal-11 ta’ Lulju 2021. Minkejja dan, huwa xorta baqa’ jżomm l-isem ta’ UEFA Euro 2020.

Il-Maltin ma naqsux milli juru l-eċitament tagħhom li kulma jmur qiegħed jiżdied hekk kif bosta huma dawk li-persuni li qed jagħżlu li jdendlu xi bandiera tal-pajjiż favorit tagħhom mal-gallarija jew fuq il-bejt. Il-fotografu ta’ dan is-sit żar diversi lokalitajiet u mir-ritratti miġbuda jidher li l-aktar timijiet favoriti jibqgħu l-Ingliżi u t-Taljani.

Share With: