Diskrepanza fin-numru ta’ vittmi bil-Covid-19 fl-Indja jqajjem tħassib

Ritratt: AFP – GETTY IMAGES

Stat ġewwa l-Indja għolla n-numru ta’ mwiet kawża tal-Covid-19 b’mod drastiku wara l-iskoperta ta’ eluf ta’ każijiet mhux irrappurtati.

Huwa għalhekk li qed jiġi suspettat li l-ammont totali tal-imwiet ġewwa l-Indja huwa ferm iktar mill-figura uffiċjali.

F’April u f’Mejju, l-isptarijiet fl-Indja spiċċaw bla sodod u ossiġnu waqt it-tieni mewġa devastanti tal-Covid-19 u bosta persuni sfortunatament tilfu ħajjithom f’parkeġġi barra l-isptarijiet u f’darhom.

Tobba u esperti tas-saħħa qalu li ħafna minn dawk l-imwiet ma ġewx irreġistrati.

L-Indja għandha t-tieni l-ogħla ammont ta’ infezzjonijiet tal-Covid-19 fid-dinja wara l-Istati Uniti, b’29.2 miljun każ u 359,676 imwiet, skont l-informazzjoni tal-ministeru tas-saħħa.

Iżda l-iskoperta ta’ bosta eluf ta’ mwiet mhux irrappurtati fl-istat ta’ Bihar qajmet suspett li ħafna aktar vittmi tal-Covid-19 ma ġewx inklużi fiċ-ċifri uffiċjali.

Nhar l-Erbgħa, id-dipartiment tas-saħħa f’Bihar, wieħed mill-ifqar stati ġewwa l-Indja, irreveda l-ammont totali ta’ mwiet relatati mal-virus għal aktar minn 9,429 minn madwar 5,424.

Share With: