COVID-19: Żewġ każi ġodda… Ifiqu ħames persuni

Minn total ta’ 1,817-il swab tests li saru fl-aħħar 24 siegħa nstabu żewġ każi ġodda ta’ COVID-19. Fl-istess waqt fiequ ħames persuni oħra biex issa l-każi attivi issa huma 64.

Dan ifisser li t-total tal-każijiet mill-bidu tal-pandemija issa huma 30,579 fejn minnhom 30,096 persuna huma ddikjarati bħala mfejqa.

It-total ta’ mwiet baqa’ ta’ 419 wara li fl-aħħar 24 siegħa ma ġiet irreġistrata l-ebda mewt.

Dwar l-għoti tat-tilqim kontra l-Covid-19, l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li sal-bieraħ ingħataw total ta’ 576,256 doża. Minn dawn 334,367 ħadu l-ewwel doża filwaqt li 251,553 persuna huma mlaqqma bit-tieni doża wkoll.

Share With: