COVID-19: Tmien każi ġodda u jfiqu erba’ persuni

Minn total ta’ 2,026 swab tests li saru fl-aħħar 24 siegħa nstabu tmien każi ġodda ta’ COVID-19. Fl-istess waqt fiequ erba’ persuni oħra biex issa l-każi attivi issa huma 70.

Dan ifisser li t-total tal-każijiet mill-bidu tal-pandemija issa huma 30,543 fejn minnhom 30,054 persuna huma ddikjarati bħala mfejqa.

It-total ta’ mwiet baqa’ ta’ 419 wara li fl-aħħar 24 siegħa ma ġiet irreġistrata l-ebda mewt.

Dwar l-għoti tat-tilqim kontra l-Covid-19, l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li sal-bieraħ ingħataw total ta’ 519,994 doża. Minn dawn 318,743 ħadu l-ewwel doża filwaqt li 210,486 persuna huma mlaqqma bit-tieni doża wkoll.

Share With: