Covid-19: Il-każijiet attivi jinżlu taħt il-50

Ritratt: Roger Azzopardi

Il-każijiet attivi ta’ Covid-19 f’pajjiżna niżlu għal 45 wara li fl-aħħar 24 siegħa saru 1,798 swab tests li minnhom instabu tliet każi ġodda filwaqt li fiequ disa’ persuni oħra.

It-total tal-każijiet mill-bidu tal-pandemija issa huma 30,585 fejn minnhom 30,121 persuna huma ddikjarati bħala mfejqa.

It-total ta’ mwiet baqa’ ta’ 419 wara li fl-aħħar 24 siegħa ma ġiet irreġistrata l-ebda mewt.

Dwar l-għoti tat-tilqim kontra l-Covid-19, l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li sal-bieraħ ingħataw total ta’ 604,033 doża. Minn dawn 344,272 ħadu l-ewwel doża filwaqt li 270,754 persuna huma mlaqqma kompletament.

Share With: