Blokka ta’ ħames sulari taqa’ fuq xarabank u toqtol mill-inqas disa’ persuni f’Gwangju

Minn tal-anqas disa’ persuni nqatlu wara li binja ta’ ħames sulari li kienet qiegħda titwaqqa’ ċediet għal fuq xarabank fil-Korea t’Isfel. Tmien persuni ndarbu f’dan l-inċident li seħħ fil-belt ta’ Gwangju. 

Ir-raġuni wara dan l-inċident għadha mhijiex ċara u t-tfittxijiet għadhom għal dawk li jista’ jkun li salvaw għadhom għaddejjin. L-uffiċjal Kim Seok-sun waqt informazzjoni li għaddda lill-midja kkonferma li l-ħaddiema kollha fuq is-sit laħqu ġew evakwati qabel waqgħet il-binja.

Xi ħaddiema qalu lill-investigaturi li huma kienu għalqu żona pedonali viċin is-sit qabel waqgħet il-binja. Filmat li nxterdu fuq il-midja wrew il-mument li fih il-binja waqgħet direttament fuq ix-xarabank.

Share With: