Bankar sostenibbli permezz tal-BOV Energy Loans

Webinar miċ-Chamber of Engineers u l-Bank of Valletta

Il-konsumaturi u n-negozji jistgħu jnaqqsu l-impatt negattiv fuq l-ambjent billi jaqilbu għal mezzi ekoloġiċi ta’ enerġija. Madankollu, biex tinvesti f’soluzzjonijiet ta’ enerġija rinnovabbli u effiċjenti jeħtieġ spiża inizjali li tista’ wkoll tagħmel sens finanzjarment sakemm tintgħażel is-soluzzjoni ta’ finanzjament it-tajba.

Iċ-Chamber of Engineers, b’kollaborazzjoni mal-Bank of Valletta, se torganizza webinar fl-1 ta’ Lulju mill-17:30 sas-18:30 biex tgħaddi informazzjoni fuq għażliet ta’ finanzjament għal investimenti fl-enerġija rinnovabbli u effiċjenti. Matul il-webinar, Mark Scicluna Bartoli, Executive Product Management and Development fil-Bank of Valletta se jipprovdi informazzjoni dwar il-BOV Energy Loans.

Il-BOV Personal Energy Loan, il-BOV Home Energy Loan u l-BOV Business Energy Loan li ġiet imnedija reċentement, huma mfassla biex jgħinu lill-familji u n-negozji jnaqqsu l-ispejjeż tal-enerġija tagħhom. Is-self jista’ jintuża għal prodotti bħal aperturi effiċjenti fl-enerġija, ventilazzjoni, sistemi tat-temperatura u tad-dawl, soluzzjonijiet ta’ insulazzjoni, enerġija rinnovabbli u soluzzjonijiet ta’ ħażna tal-enerġija. Il-Business Energy Loan tipprovdi finanzjament mhux biss għal dawn is-soluzzjonijiet ta’ effiċjenza fl-enerġija iżda f’konformità ma’ studju dwar l-enerġija, tikkunsidra wkoll investimenti oħra bħal flotot ta’ karozzi elettriċi u miżuri ta’ effiċjenza fis-sistemi tal-ilma, fost oħrajn.

“L-investimenti ekoloġiċi qed jiġu pożizzjonati bħala wieħed mill-muturi lejn it-triq għall-irkupru,” qal Mark Scicluna Bartoli. Wara li kiseb l-aċċess għall-istrument ta’ finanzjament tal-Effiċjenza Enerġetika u l-Enerġija Rinnovabbli tal-UE, il-Bank of Valletta qed jipprovdi aċċess aktar faċli għall-finanzjament għal investimenti ekoloġiċi f’konformità mal-ftehim Aħdar Ewropew. “Permezz tal-faċilitazzjoni ta’ skemi ta’ finanzjament u l-implimentazzjoni b’suċċess ta’ diversi strumenti ta’ kondiviżjoni tar-riskju, qed nattrezzaw lill-komunità Maltija biex timxi lejn futur aktar sostennibli.”

Il-BOV Energy Loans jibbenefikaw minn garanzija offruta mill-Unjoni Ewropea u l-Gvern ta’ Malta li tippermetti lill-Bank jipprovdi rata ta’ imgħax attraenti u termini kollaterali. Minbarra dan, il-mezzi ta’ self jibbenefikaw minn sussidju ta’ rata ta’ imgħax ta’ 2% għall-ewwel tliet snin li se jikkontribwixxi lejn it-titjib tal-ħlas ritorn ta’ investimenti ekoloġiċi.

Qatt m’huwa tard wisq biex tagħżel soluzzjonijiet aktar sostennibli. Biex tikseb aktar informazzjoni tista’ żżur https://www.bov.com/Events/bov-coe-webinar-bov-energy-loans u tirreġistra għal dan il-webinar. 

Il-BOV HomeEnergy Loan tgawdi mill-appoġġ finanzjarju tal-Fond Malti għall-Effiċjenza fl-Enerġija u Enerġija Rinnovabbli (EERE) li huwa ko-finanzjat mir-Repubblika ta’ Malta u l-Unjoni Ewropea taħt il-Fond Reġjonali Ewropew tal-Iżvilupp (ERDF). L-iskop ta’ dan il-fond ta’ fondi u l-ewwel garanzija ta’ telf tiegħu flimkien ma’ skema ta’ sussidju fuq ir-rata tal-imgħax huwa li jappoġġja l-aċċess tar-riċevituri finali għall-investimenti tagħhom f’effiċjenza fl-enerġija u miżuri ta’ enerġija rinnovabbli.

Share With: