Arrestati żewġ sfidanti presidenzjali potenzjali oħra fin-Nicaragua

L-awtoritajiet fin-Nicaragua arrestaw żewġ sfidanti presidenzjali potenzjali oħra għall-mexxej veteran Daniel Ortega fl-elezzjonijiet li mistennija jsiru aktar tard din is-sena.

Felix Maradiaga u Juan Sebastián Chamorro ġew akkużati b’terroriżmu u komplott kontra s-sovranità u l-indipendenza tan-Nicaragua. 

Huma nżammu arrestati taħt il-liġi kontroversjali ta’ sigurtà ġdida li għaddiet f’Diċembru li għadda mill-Gvern ta’ Ortega. 

Il-ġimgħa li għaddiet, il-kap tal-Oppożizzjoni Christiana Chamorro tpoġġiet taħt arrest f’darha fuq allegat ħasil ta’ flus, liema akkużi hija qiegħda tiċħad.

Barra minn hekk, is-Sibt, membru ieħor tal-Oppożizzjoni, Arturo Cruz, inżamm arrestat fl-ajruport ta’ Managua mal-wasla tiegħu mill-Istati Uniti.

Share With: