Amerikan iħallas l-ispejjeż ta’ studenti li huma żvantaġġati

Minn Anthea Cachia

Raġel anonimu minn Georgia, fl-Istati Uniti, għażel li jiffinanzja numru ta’ boroż ta’ studju (scholarship),wara li nnota li kien hemm nuqqas ta’ diversità u inklużjoni fil-boroż ta’ studjuli jingħataw lill-atleti żgħażagħ.

CNN tirrapporta li dan ir-raġel mar jitkellem mad-dipartiment tal-atletika tal-iskola, ‘Centennial High School’, wara li kien mħasseb dwar il-programm li huwa offrut lill-atleti. Biex jingħataw borża ta’ studju, l-atleti jrid ikollhom aktar minn 90 punt (medja ta’ marki fuq numru ta’ xogħol akkademiku). 

Dan ir-raġel għażel li jħallas minn butu din numru ta’ boroż ta’ studju biex jimmotiva studenti atleti, b’mod partikolari dawk ta’ ġilda skura, biex jiffukaw fuq l-aspett akkademiku ukoll mhux biss fuq l-isport. Deskritt bħala ‘filantropist’, dan ir-raġel ġeneruż, għamlilhom patt li għal kull semestru li fih iġibu biss l-ogħla marki possibli, jirċievu semestru mħallas lura. 

Id-direttur tal-atletika, Jeff Burch, stqarr ma’ CNN li qatt ma’ stenna li persuna setgħet tkun daqstant ġeneruża. 

“Kien hemm ħafna studenti li bdew jaqtgħu qalbhom, iżda rnexxielhom…Din l-esperjenza bidlitilhom ħajjithom,”qal Burch. 

Minn l-2019, ħames studenti rċivew din il-borża ta’ studju, wieħed minn dawn huwa, Evan Walker. Dan l-istudent qatt ma kellu problemi fejn jidħlu l-marki iżda qatt ma kien  iġib l-ogħla marki. 

Evan għadu qiegħed jiddeċiedi liema karriera beħsiebu jiffoka fuqha u jinsab indeċiż hux se jistudja l-liġi jew l-inġinerija. Tkun xi tkun l-għażla,  permezz tal-isforz li għamel biex jirnexxi fil-vjaġġ akkademiku tiegħu, jidher li s’issa  diġà għandu tliet semestri mħallsin. 

Burch spjega li grazzi għal din l-għajnuna finanzjarja, dawn l-istudenti jistgħu jagħżlu l-aħjar skejjel li fihom jistgħu jilħqu l-miri tagħhom u mhux waħda li hija irħas.  

“Din l-iscolarship bidlitli ħajti u aktar minn hekk, bidlitli l-mod ta’ kif inħares lejha,” temm jgħid Walker.

Share With: