Żagħżugħ Taljan l-Isptar wara ħabta fil-Fgura

Żagħżugħ ta’ 25 sena ndarab gravi wara li aktar kmieni għall-ħabta tas-7:30 a.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq is-Sur fil-Fgura.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur Yamaha misjuq minn Taljan ta’ 25 sena li jgħix l-Fgura u karozza Toyota Vitz misjuqa minn żagħżugħa ta’ 24 sena li tgħix Raħal Ġdid. 

Is-sewwieq tal-mutur ngħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar Huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Share With: