Żagħżugħ ta 17-il sena jaqa’ ġo wied u jweġġa’ gravi

Ġuvni ta’ 17-il sena residenti Birkirkara, għal xi l-11:30p.m, kellu  jittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġa’ f’Wied Binġemma, l-Imġarr.  

Mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li għal xi raġuni l-vittma waqa’ minn xi għoli ġol-wied u  sofra xi ġrieħi.  

Fuq il-post ġew imsejħa l-membri tal-Protezzjoni Ċivili u kif ukoll tim mediku sabiex jassistu  lir-raġel. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.  

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.  

Share With: