Xogħlijiet ta’ restawr fuq il-moll ħdejn il-Breakwater tal-Marfa

Ix-xogħlijiet ta’ restawr fuq il-moll ħdejn il-Breakwater tal-Marfa ġewwa r-Ramla tal-Bir fil-Fliegu ta’ Kemmuna (in-naħa ta’ Malta) minn Infrastructure Malta mexjin sew.

B’hekk, id-Direttorat għall-Portijiet u l-Yachting fi ħdan Transport Malta ppubblika żewġ Avviżi Lokali lill-Baħħara bin-numri 028 u 042 tal-2021.

Ix-xogħlijiet mistennija jkunu lesti sal-aħħar ta’ Ġunju 2021 u sa dakinhar, l-ebda bastiment ma jista’ jidħol f’din iż-żona.

Il-pjan oriġinali inkluda r-restawr tal-moll iż-żgħir li jinsab tul il-breakwater eżistenti. Dan il-moll kien qed jilqa’ lill-operaturi tal-bastimenti waqt li kien għaddej ix-xogħol ta’ manutenzjoni fuq il-Breakwater talMarfa. Ix-xogħlijiet ta’ restawr issa ser ikomplu kemm fuq il-Breakwater tal-Marfa kif ukoll fuq l-irmiġġ ta’ ħdejh.

Avviż Lokali lill-Baħħara Numru 028 tal- 2021: https://www.transport.gov.mt/include/filestreaming.asp?fileid=6149.

Avviż Lokali lillBaħħara Numru 042 tal-2021: https://www.transport.gov.mt/include/filestreaming.asp?fileid=6266.

Share With: