Tottenham Hotspur lesti li jbiegħu lid-difensur, Davinson Sanchez

Tottenham Hotspur huma lesti li jbigħu lid-difensur, Davinson Sanchez, irrispettivament minn min ikun maħtur bħala l-manager il-ġdid tal-club fis-sajf.

L-internazzjonali Kolombjan ingħaqad ma’ Spurs għal madwar £42 miljun mingħand Ajax f’Awwissu 2017, u huwa t-tieni l-iktar player li sewa flus fi trasferiment fl-istorja tal-club wara l-midfielder Tanguy Ndombele.

Tottenham huma mifhuma li qed jimmiraw li jiksbu difensur ċentrali ġdid fit-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf u qed jippjanaw li jċedu lil Sanchez.

Anki jekk iż-żagħżugħ ta’ 24 sena għad fadallu aktar minn tliet snin fil-kuntratt attwali tiegħu, Spurs se jsibuha diffiċli biex jirkupraw l-ammont li ħallsu għalih u jista’ jkun li jkollhom jaċċettaw telf sinjifikanti fuq id-difensur.

Sanchez ma lagħab fl-ebda waħda mill-aħħar ħames logħbiet tal-Premier League ta’ Tottenham, inklużi t-tliet logħbiet li l-manager interim Ryan Mason kien responsabbli mill-club.

Sanchez għamel 31 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha s’issa f’dan l-istaġun, u skorja żewġ goals fit-telfa li Tottenham sofrew fil-ħames round tal-FA Cup kontra Everton fi Frar.

Share With: