Tmienja maqtulin fi sparatura fi stazzjon ferrovjarju f’Kalifornja

Raġel li spara tiri f’bitħa ta’ stazzjon tal-ferrovija f’San Jose, Kalifornja, ħalla mill-inqas tmienja mejta u oħrajn feruti.

Fost il-vittmi hemm l-agressur innifsu, bl-awtoritajiet ta’ San Jose għadhom qed jistabilixxu x’kien il-motiv wara din l-isparatura li fil-mira tagħha jidher li kien hemm impjegati tas-servizz ferrovjarju.

Is-sindku ta’ San Jose, Sam Liccardo, qal li l-awtoritajiet għadhom qed janalizzaw is-sitwazzjoni u anke evakwaw il-post fejn saret l-isparatura. Huwa qal li se jkun qiegħed jiffoka biex dan l-inċident ma jirrepetix ruħu.

Skont rapporti minn mezzi tal-media Amerikani, jidher li l-isparatura bdiet waqt laqgħa tal-ħaddiema tat-trasport. Ftit qabel l-ispartura daħal rapport ta’ residenza ta’ wieħed mill-impjegati tal-post li kienet inħakmet minn nirien.

Share With: