Tlieta arrestati b’rabta ma’ inċident fatali fl-Italja

Tliet persuni ġew arrestati fl-Italja wara inċident fatali b’cable car fl-Italja li ħalla 14-il persuna mejtin.

Skont l-investigaturi jidher li ġiet diżattivata sistema ta’ brejkijiet f’każ ta’ emerġenza u li tliet membri tal-kumpanija li topera s-sistema kienu konxji ta’ dan “għal ġimgħat sħaħ”.

Skont uffiċjal tat-trasport, dan wassal biex il-cable car kienet qiegħda tivvjaġġa b’veloċità ta’ 100 Kilometru fis-siegħa meta din inkisret. Kawża ta’ dan il-cable car vjaġġat madwar 20 metru qabel ma niżlet b’mod vjolenti fil-ġenb tal-muntanja Mottarone fl-Italja.

Il-Prosekuturi jinsabu għaddejjin b’investigazzjonijiet relatati ma’ każ ta’ qtil involontarju u negliġenza li kkawżaw l-inċident.

It-tliet suspettati ġew identifikati bħala s-sid, id-direttur u l-kap tal-operat tal-kumpanija.

Share With: