Tlestew ix-xogħlijiet fi Triq Ġorg Borg Olivier fil-Mellieħa

Kompliet il-ħidma infrastrutturali fil-Mellieħa fejn tlestew ix-xogħlijiet fi triq Ġorġ Borġ Olivier u mil-lum 12 ta Mejju 2021 se tiżdied l-aċċessibilità fil-lokalità.

Ix-xogħlijiet f’din it-triq kienu jikludu:

Tqegħid ta’ pajpijiet fi triq Ġorġ Borg Oliver li ser jieħdu l-ilma tax-xita; li magħhom tqabbdu oħrajn li jieħdu l-ilma tax-xita li jinżel kemm minn Triq il-Qalb Imqaddsa kif ukoll minn Triq San Publiju.

  • Inbidel il-main tal-ilma tax-xorb, flimkien mal-konnessjonijiet tas-servizzi.
  • Il-proġett kien jinvolvi wkoll tqegħid ta’ cables għall-Enemalta u pajpijiet tad-drenaġġ.
  • Fuq talba tas-Sorijiet tal-Kunvent saret bankina ġdida quddiem iċ-Child Care Centre bil-għan li jingħata aċċess aktar faċli għall-istess binja.
  • Saru wkoll bankini f’din l-area aktar aċċessibbli u anke ħa jkun qed jitwaħħal Bus Shelter ġdid.
  • Saru wkoll servizzi meħtieġa ghad-drenaġġ, ilma u dawl mal-kmamar tal-Pellegrini (tas-Santwarju) kif ukoll tneħħew l-overhead cables mill-Faċċata tat-Triq il-Marfa.

Is-Sindku tal-Mellieħa Dario Vella irringrazzja lill-Ministru tal-Infrastruttura, Transport u Proġetti Kapitali Ian Borg, Infrastructure Malta u l-Kuntrattur tal-impenn tagħhom biex ix-xogħol tlesta fi żmien stipulat, meta l-ħsieb kien li jitlesta sal-aħħar ta’ Mejju jew il-bidu ta’ Ġunju.

“Filwaqt li niskużaw ruħna ta’ kull inkonvenjent li setgha nqala, apprezzajna l-koperazzjoni ta kulħadd”, temm jikteb Vella.

Share With: