Tkompli l-mixja pożittiva… 6 każi ġodda minn 2,022 swab test

Fl-aħħar 24 siegħa, il-mixja pożittiva ta’ pajjiżna fil-ġlieda kontra l-COVID-19 kompliet għaddejja hekk kif fl-aħħar minn 2,022 swab test irrizultaw 6 każi biss. Fl-istess waqt fiqu 11-il persuna mill-imxija.

Sa issa, mill-bidu tal-proċess tal-vaċċinazzjoni, kienu mtaqba 372,620 persuna, 255,633 ikunu bl-ewwel doża u l-komplament, jiġifieri 118,209 ikunu bit-tieni doża.

Fl-aħħar 24 siegħa ma kienu rreġistrati l-ebda imwiet.

Share With: