Titħabbar il-mewt tal-kap tal-iskola tal-Baħrija

“Mara dedikata u serja, tħobb tagħmel il-ġid, mhux biss fl-iskejjel li mexxiet b’viżjoni u impenn iżda anke fis-soċjetà kollha.” Hekk iddeskriva lil Josette Scerri l-Ministru għall-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo hekk kif aktar kmieni dalgħodu ġriet l-aħbar li kienet mietet il-kap tal-iskola tal-Baħrija.

Bosta kienu dawk l-edituri u l-istudenti li wkoll urew il-gratitudni tagħhom għal dak li Scerri tat tul il-karriera tagħha fil-qasam edukattiv.

Share With: