Sewwieq tal-mutur fil-periklu tal-mewt wara li jiskidja

Sewwieq ta’ mutur jinsab fil-periklu tal-mewt wara li kien involut f’inċident f’Ħaż-Żebbuġ. L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tas-7.30 a.m. fi Triq l-Imdina.

Jirriżulta li s-sewwieq tal-mutur, Bormliż ta’ 52 sena, kien qed isuq mutur tat-tip KTM meta skidja.

Ir-raġel ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku, u sussegwentement ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn ġie ċċertifikat li kien jinsab fil-periklu tal-mewt.

Bil-każ ġiet informata l-Maġistrat tal-Għassa Josette Demicoli li ħatret inkjesta.

Share With: