Sewwieq tal-mutur bi ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku

Sewwieq tal-mutur sofra minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku. L-inċident seħħ illum għall-ħabta tat-3.00p.m. fi Triq Reġjonali, Santa Venera.

Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post u l-ewwel investigazzjonijiet juru li seħħ impatt bejn mutur Honda misjuq minn raġel ta’ 52 sena li jgħix Ħal Qormi u karozza Toyota Aygo misjuqa minn mara ta’ 27 sena li tgħix ir-Rabat.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin.

Share With: