Raġel bi ġrieħi gravi wara li waqa’ minn fuq scaffolding

Raġel ta’ 33 sena, residenti l-Mellieħa, sofra ġrieħi gravi wara li waqa’ minn fuq scaffolding. Dan ġara waqt li kien qed jagħmel xi xogħol fl-uffiċju.

L-inċident seħħ illum għall-ħabta tas-1.00p.m. ġo uffiċċju fi Triq il-Mitħna l-Ġdida, il-Mellieħa.

Ir-raġel ngħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.

Share With: