Raġel arrestat talli rabat bżieżaq mal-kelb “f’tentattiv biex jagħmlu jtir”

Il-pulizija Indjana arrestaw lil raġel talli rabat numru ta’ bżieżaq mal-kelb tiegħu “f’tentattiv biex jagħmlu jtir” b’riskju għal ħajtu.

Gaurav Sharma, ta’ 32 sena, ġibed filmat li juri li qiegħed iżomm lill-kelb tiegħu marbut ma’ dawn il-bżieżaq, li mbagħad iħallih jitlaq hekk kif l-kelb jibda jtir fl-arja.

Ftit sekondi wara, persuna li kienet f’gallarija fit-tieni sular ta’ bini rnexxielha taqbad il-kelb.

Il-Youtuber qal li huwa segwa l-miżuri kollha ta’ sigurtà, iżda ħassar il-filmat wara l-kritika qawwija fuq il-midja soċjali. 

Il-Pulizija tgħid li arrestat Sharma wara li rċeviet ilment kontrih mill-organizzazzjoni għall-benesseri tal-annimali, People for Animals (PFA).

Share With: