Qassis akkużat bi stupru wara li mar fid-dar ta’ mara biex jara tridx tagħmel sess

Qassis li qed ikun akkużat bi stupru ta’ mara, iddikjara fil-qorti li hu mar fid-dar tagħha biex jara jekk tridx tagħmel is-sess. Fil-qorti hu qal ukoll li “qatt ‘għedna li aħna perfetti’.

Il-qassis tal-Knisja Kattolika Rumana John Clohosey ta’ 72 sena, kien serva f’diversis knejjes fil-Grigal tal-Ingilterra, qed ikun akkużat li attakka mara fid-dar tagħha li tinsab f’Gateshead. Dan il-każ seħħ fis-sena 1986.

Fil-Qorti ta’ Newscastle instemgħet xhieda li fiha intqal li hu sforza ruħu fuq il-mara waqt li din kienet fil-kamra tas-sodda. 

Fr Clohosey minn North Yorkshire, ċaħad li wettaq stupru. Waqt li kien qed jixhed, hu qal li kien mar fid-dar tal-mara għax kienu ħbieb. Hu qal li meta kien hemm staqsiha riditx tagħmel sess. 

Fil-Qorti hu ġie mistoqsi kif dan il-fatt jikkontrasta maċ-ċelibat, bil-qassis jiddikjara li “falliment uman. Aħna qatt m’għedna li aħna perfetti”. 

Fr Clohosey qal li wara li staqsiha biex jagħmlu is-sess, hi qaltlu le aktar minn darba. Stqarr iżda wara hi aċċettat u marret fil-kamra tas-sodda.  

Qal li meta reġgħett tfaċċat hi kienet nofsha mneżża. Spjega li wara spiċċa fuqha fil-kamra tas-sodda. Hu enfasizza li ma kienx hemm penetrazzjoni.  Il-ġuri tiegħu se jkompli fil-jiem li ġejjin.

.

Share With: