Proposti blokok ġodda fiż-Żejtun… din id-darba wara bini skedat u wara Villa Cagliares

Fl-aħħar sigħat komplew ħerġin aktar kwistjonijiet marbutin ma’ applikazzjonijiet ta’ żvilupp ta’ blokok ta’ appartamenti fiż-Żejtun. Wara l-applikazzjoni għal żvilupp quddiem il-Knisja ta’ Ġesu Nazzarenu li dwaru anke kkummenta l-President tar-Repubblika, issa qed isir magħruf li saret applikazzjoni oħra għal żvilupp qrib għadd ta’ bini skeda u qrib Villa Cagliares. 

Wirt iż-Żejtun ressqet l-oġġezzjonijiet għal din l-applikazzjoni (PA2107/21) fejn qed tiġi proposta blokka ta’ ħames sulari fi Triq it-Tempju preċiżament wara ringiela ta’ bini skedat Grad 2 fi Triq Taltas u ftit metri l-bogħod minn Villa Cagliares, li hija sekdata Grad 1.

Wirt iż-Żejtun iddikjarat b’mod ċar li parti mis-sit fejn qed jiġi propost dan l-iżvilupp taqa’ fil-konfini tal-UCA u l-kumplament jiġi fil-buffer zone ta’ dan il-bini skedat. L-għaqda talbet li l-ebda zvilupp m’għandu jiġi approvat jekk dan jaqbeż l-għoli ta’ żewġ sulari.

Share With: