Projbizzjoni ta’ tlajjar b’kontenituri ta’ xorb alkoħoliku f’San Pawl il-Baħar

Ritratt: Roger Azzopardi

Il-Viċi Sindku ta’ San Pawl il-Baħar Carlos Zarb ħabbar li l-By-law ta’ xorb f’postijiet pubbliċi għaddiet ġewwa din il-lokalità.

Fost l-oħrajn dan ifisser li l-ebda persuna ma tista’ titlajja f’xi post pubbliku filwaqt li żżomm f’idha, iġġorr fuqha jew fuq il-persuna tagħha xi kontenitur miftuħ ta’ xorb alkoħoliku. Fl-istess waqt ebda persuna ma tista’ tikkonsma xorb alkoħoliku f’post pubbliku ħlief f’dawn il-postijiet minn awtoritajiet kompetenti għat-tqegħid ta’ imwejjed u siġġijiet biex jiġi kkunsmat ikel u xorb.

Il-Viċi Sindku ta’ San Pawl il-Baħar qal li jinsab kburi li wara aktar minn 22 sena, il-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar introduċa din il-By-law ġdida biex jiġġieldu l-problemi li kienu qed jinħolqu.

Qal li din il-By-law tipproteġi lin-negozjanti kif ukoll b’mod speċjali lir-residenti li tant jixraqilhom aħjar. 

Fuq il-midja soċjali, Zarb kiteb: “Jien kommess biex inkompli naħdem biex issa nibdew ninfurzawha u noħolqu kuxjenza fuq din il-By-law ġdida. Din hi rebħa ghal-lokalita tagħna u jekk nieħduha bis serjetà nistgħu neqirdu l-‘ghettos’ li spicca jkollna f’numru ta’ kantunieri. Irrid nara lokalita aktar nadifa u sikur.”

Share With: