“Pajjiżna se jkollu dożi biżżejjed għal kull min ikollu bżonn booster fl-2022 u l-2023”

Waqt konferenza tal-aħbarijiet id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li pajjiżna mhux biss għandu tilqim biżżejjed biex ilaqqam lill-poplu kollu, iżda għaddej ukoll ftehim biex pajjiżna jkollu nofs miljun doża għall-2022 u nofs miljun doża għas-sena ta’ wara.

Huwa qal li f’każ li pajjiżna jkollna l-awtorizzazzjoni għaż-żgħażagħ u tfal, pajjiżna għandu biżżejjed dożi biex jibda jlaqqam lil dawn il-persuni wkoll.

Dan kollu joffri serħan il-moħħ lill-poplu kollu li pajjiżna se jkollu adispożizzjoni tiegħu booster li se jkun effettiv kontra forom ta’ varjanti li jistgħu jiżviluppaw u f’każijiet li tonqos l-immunità ta’ dawk imlaqqmin.

“Pajjiżna mhux biss qiegħed jieħu ħsieb fl-immedjat, iżda anke jekk ikun hemm booster fis-snin li ġejjin”, spjega Fearne.

Share With: