Ottimiżmu fost it-tobba għat-tifel li salva mit-traġedja tal-cable car fl-Italja

L-unika persuna li salvat mill-inċident traġiku wara li l-Ħadd li għadda waqgħet cable car fl-Italja huwa tifel ta’ ħames snin bl-isem ta’ Eitan.

Eitan, ċittadin Iżraeljan li jgħix l-Italja, bħalissa jiinsab rikoverat fl-isptar tat-tfal Reġina Margherita f’Turin.

Il-ġurnal ‘Corriere della Sera’ qal li dalgħodu beda l-proċess biex iqajmuh b’mod kawt wara li kienu qed iżommuh f’koma farmakoloġika.

Minkejja li huwa jinsab stabbli u hemm ottimiżmu fost it-tobba, f’dan il-mument it-tifel xorta waħda jinsab f’kundizzjoni gravi.

Mill-MRI li saret ilbieraħ irriżulta li Eitan ma sofra l-ebda ħsara fil-moħħ u fis-sinsla tad-dahar.

F’dan l-inċident sfortuntament tilfu ħajjithom 14-il persuna.

Il-Papa Fraġisku bagħat telegramma lill-Isqof tal-lokal fejn offra l-kondoljanzi tiegħu lill-familji ta’ dawk li mietu li fi kliemu mietu b’mod traġiku waqt li kienu f’nofs il-meravilja tal-ħolqien.

Share With: