Ordinazzjoni ta’ erba’ saċerdoti… “Għandna bżonn nafdaw fil-qawwa ta’ Alla”

Il-quddiesa tal-ordinazzjoni presbiterali ta’ erba’ saċerdoti mill-Arċisqof Charles Jude Scicluna, li saret dalgħodu, festa tal-Madonna ta’ Pompej, fil-Bażilika Minuri ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid.

Fl-omelija, l-Arċisqof qal lis-saċerdoti l-ġodda sabiex jgħallmu “lil kulħadd kemm għandna bżonn nafdaw fil-qawwa ta’ Alla, għax hu ma jħarisx lejn l-uċuħ imma jħares lejn kull wieħed u waħda minna b’ħarsa ta’ ħniena. U dik il-ħarsa ta’ ħniena tagħtina l-ħajja, u tkun dawl għalina”. Mons. Arċisqof fakkarhom sabiex qatt ma jinsew x’inhi l-missjoni tas-saċerdot: li jwassal il-Kelma tal-Mulej u jwassal “lill-poplu tagħna biex jemmen, jittama u jħobb”.

L-erba’ saċerdoti ġodda huma: Dun Roderick Baldacchino u Dun Jean‑Claude Schembri mill‑parroċċa ta’ Santa Katarina, iż‑Żejtun, Dun Joshua Cortis mill‑parroċċa ta’ San Gejtanu, il‑Ħamrun, u Patri Mark Scicluna tal‑Ordni tal‑Aħwa Minuri Kapuċċini.

Share With: