Muscat jiftaħ libell lil avukat wara li allega li “sploda” lil Daphne

L-eks Prim Ministru Joseph Muscat kiteb ifakkar li bħala regola ma tantx jemmen fil-libelli. Huwa qal li jemmen fil-liberta’ tal-espressjoni anki meta xi waqtiet tkun offensiva, inġusta jew anki totalment skorretta. Muscat kompla li konferma ta’ dan huwa l-fatt li kemm dam fil-politika ftit li xejn għamel libelli.

Minkejja dan Muscat jispjega li kultant hemm linja li ma tistax tinqabeż għax inkella dak li jkun ma jistax ma jiħux azzjoni. “Ċertu Dr Christian Grima allega fuq Facebook li jien, biex nuża kliemu, splodejt lis-Sinjura Daphne Caruana Galizia.Kif inhu ċar mill-fatti kollha, dan huwa totalment falz”, kompla jgħid Muscat.

Kien għalhekk li hu ddikjara li fetaħ libell kontra Dr.Grima. Huwa temm isostni l-argument tiegħu bil-kliem “Kif għidt, il-kritika, ġusta jew inġusta noqgħod għaliha. Kif noqgħod anki għat-tgħajjir, it-tiġbid tal-fatti u l-ispekulazzjonijiet li jehdew bihom xi wħud. Gideb hekk iżda le.”

Share With: