“Miraklu li missieri għadu ħaj… ġimgħat fl-ITU u anke l-kliewi kienu waqfu”

Jirritorna fid-dar mal-familjari… martu kienet mietet bil-Covid-19

‘Għalina miraklu li missieri għadu ħaj. Wara kważi xahrejn jikkumbatti mal-Covid19 missieri reġa’ ingħaqad magħna fl-aħħar.  Għamel tlett ġimgħa fuq ventilatur. Rieqed fl-ITU 6. Anki il-kliewi kienu waqfu jaħdmu”.

Dan iddikjaratu Thereseann Azzopardi magħna hekk kif fl-aħħar jiem missierha irnexxielu jegħleb dan il-virus.  Thereseann, kienet tilfet lil ommha, Helen Grech Pillow ta’ 70 sena minħabba dan il-virus. 

Thereseann tgħidilna li “missieri gheleb dan il-virus. Wara xahar u tlett ġimgħat,  reġa’ magħna fl-aħħar.”

Tisħaq li “nista’ ngħid li sakemm dam fl-ITU fuq ventilatur, kellhom jagħmlulu operazzjoni. Għamlu dik li tissejjaħ  ‘Teschtnomy’, toqba żgħira fl-għonq minħabba nifs. Għamlu min kollox l-istaff mediku.  Nista’ ngħid vera dedikati l-infermieri, t-tobba u l-konsulenti.  Kienu jżommna mgħarrfa kuljum dwar il-kundizzjoni tiegħu. Ngħid bla tlaqlieq li għalina dan kien miraklu li missieru  għadu ħaj. Kien żmien diffiċli ħafna. Anke l-kliewi kienu weqfin għal tlett ġimgħat u mbagħad reġgħu  bdew jaħdmu.”

Tispjega li “imbaghad niżluh fl-ITU 3 u bdew iqajmuh ftit ftit. Lanqas kien jitkellem. Beda bil-mod il-mod, ġurnata wara ġurnata jiġi għall-aħjar.”

“Meta beda ġej għall-aħjar tfaċċat problema oħra…beda jistaqsi għal ommi”

Thereseann tgħidilna li “kienet xi ħaġa mill-aktar pożittiva għalina li naraw ġej il-quddiem. Din tatna nifs. Biss ngħid li hemm hekk fejn aħna ġejja fl-iktar żmien diffiċli għax beda jistaqsi għal ommi. X’tagħmel tgħidlu f’sitwazzjoni bħal din? Dik kienet id-dilemma tagħna.   Jien u ħija ma ridniex  ngħidulu qabel ma saħħtu tkun ġiet lura. Però hu baqa’ jinsisti. Bis-saħħa tal-konsulent JP Vella  fejn hu kien magħna  xħin kellna ntuh l-aħbar li martu kienet mietet. Kienet iebsa ħafna għalina li ngħidulu.”

“Missieri  kien mimli saħħa….ta’ qsim il-qalb tarah f’sodda lanqas jimxi”

Tħares lura għal qabel il-pandemija u tgħidilna li “missieri kien mimli saħħa u imbagħad tarah ġo qiegħ ta’ sodda. La  jitkellem u lanqas jimxi . Wara li nħareġ mill-ITU u  niżluh l-M7 għal iktar terapija biex iġibuh indipendenti kif kien. Jien nemmen li l-Mulej u  ommi kienu miegħu l-ħin għax illum jitkellem, jiekol waħdu u fil-mixi bil-mod il- mod ġej.”

“Nirringrazzjaw lill-staff kollu u  ta’ ITU3 u il-konsulent Noel Borg. L-iStaff kollu ta’ ITU 6 u ta M7”, ittemm tgħid Therese.

Share With: