“Min verament għandu l-ġid tal-partit għal qalbu se jagħmel l-għażliet għaqlin”

F’messaġġ fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook, id-deputat nazzjonalista Adrian Delia rringrazzja lil dawk kollha li ċemplulu, bagħtu messaġġi jew bi kwalunkwe mod għaddewlu kelma ta’ appoġġ. 

Lil dawk kollha li riedu juru l-appoġġ tagħhom bil-preżenza tagħhom illejla appellalhom biex issegwu mill-kwiet ta’ djarhom. 

Delia qal li huwa jemmen li għal ġid tal-partit irid ikun hemm diskussjoni serja imma onesta fit-trankwillità tal-organi tal-partit.

Delia tenna jgħid li “Nemmen li min verament għandu l-ġid tal-partit għal qalbu se jagħmel l-għażliet għaqlin; Nemmen li min għandu raġun kapaċi jieħdu bil-persważjoni. Għadni nemmen li l-verità titla f’wiċċ l-ilma. Għadni nemmen li s-sewwa fl-aħħar jirbaħ.” 

Share With: