Militanti tal-Hamas jisparaw għexieren ta’ rokits lejn l-Iżrael

Militanti tal-grupp Hamas sparaw għexieren ta’ rokits lejn Iżrael wara li attakki mill-ajru Iżraeljani qatlu kmandanti għolja u waqqgħu blokk ieħor ta’ torri f’Gaza.

L-eskalazzjoni, li bdiet it-Tnejn, qajmet vjolenza fit-toroq fl-Iżrael bejn il-Lhud u l-Palestinjani.

Rapporti jgħidu li s’issa inqatlu mill-inqas 67 persuna f’Gaża u seba’ persuni f’Iżrael.

Il-Prim Ministru Benjamin Netanyahu, li tkellem tard l-Erbgħa filgħaxija, qal li ppjana li jibgħat forzi militari biex jgħinu lill-pulizija żżomm l-ordni fi bliet imkissra mill-vjolenza. 

Il-ġlied bejn l-Iżraeliti u l-Palestinjani fl-aħħar sigħat kompla jeskala bin-Nazzjonijiet Magħquda qed tibża’ li tista’ tfaqqa’ gwerra. Dan il-konflitt qed jitqies l-agħar wieħed f’Gaza mill-2014 ‘l hawn.

Intant, għada l-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti mistenni li jkollu laqgħa ġdida dwar il-kriżi Palestinjana.

Share With: