Meta tfal f’Londra ħarġu jipprotestaw

Bħal lum 17 ta’ Mejju 1972, xejn inqas minn 10,000 tfal fir-Renju Unit, ħarġu mill-iskejjel u dan bi protesta kontra l-kastig korporali, jiġifieri li tingħata swat fosthom b’għuda, li dak iż-żmien kienet xi ħaġa komuni.

Meta it-tfal ippruvaw jokkupaw Pjazza Trafalgar f’Londra, indaħlu l-Pulizija  u bdew. iferrxuhom u anke arrestaw xi wħud minnhom. Fi żmien sentejn l-iskejjel f’Londra abbandunaw il-kastig korporali u sas-sena 1987 dan kien tneħħa mill-bqija tal-pajjiż.

Share With: