Malta b’avviż legali għal ċertifikati għall-vaċċini

Malta ppubblikat avviż legali li se jkun qed jirregola ċertifikati għall-vaċċini. Da nse jwassal biex Malta tintroduċi dokument għat-tilqim tal-Covid-19 irrispettivament mill-pjani tal-Unjoni Ewropea.

L-avviż legali kien ippubblikat nhar il-Ġimgħa li għadda u jindika li ċ-ċertifikati ta’ vaċċinazzjoni se jkun qed jintuża biss għal raġunijiet ta’ vjaġġar.

L-għan taċ-ċertifikat huwa li juri biss jekk persuna tlaqqmitx kontra l-Covid-19, kuntrarjament għaċ-ċertifikat li l-UE qed tippjana li toħloq li se jkun qed jinkludi wkoll dettalji dwar infezzjonijiet preċedenti u riżultati ta’ testijiet li saru.

Ilbieraħ il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li ċ-ċertifikati se jkunu disponibbli mill-aħħar ta’ Mejju.

Share With: