L-inqas ammont ta’ każi ġodda għal xhur sħaħ

Matul dawn l-aħħar 24 siegħa ġew reġistrati l-inqas ammont ta’ każi ġodda għal numru ta’ xhur. Dan hekk kif minn 2,036 swab test li saru rriżultaw 12-il każ biss ta’ persuni pożittivi għall-Covid-19. Fl-istess waqt kien hemm 20 persuna li rkupraw mill-virus biex in-numru tal-każi attivi niżel għal 261.

Intant in-numru ta’ persuni li mietu bil-Covid-19 tela’ għal 416 wara li tħabbret il-mewt ta’ anzjan ta’ 87 sena li mietu fl-Isptar St Thomas waqt li kien pożittiv għall-virus.

Il-Ministeru għas-Saħħa qal li sal-bieraħ ġew amministrati 339,727 doża tal-vaċċin, b’108,216-il persuna jieħdu wkoll it-tieni doża.

Share With: